BASAL ORGANIKU
BASAL ORGANIKU
Bħala parti minn ċiklu naturali fl-ekosistema tal-għalqa, il-basal
għandu rwol u funżjoni qaw- wija fil-ħamrija. Billi l-basal bħat-tewm għandu riħa qaw- wija li jgerrex ħafna insetti li jagħmlu ħsara kbira fuq il-ħxejjex tal-borma, apparti li għalih hemm talba kbira mill-konsumatur għal dieta Mediterranja, il-basal iżomm ‘l bogħod ċerti insetti għe- dewwa mir-raba’. Dieta tajba għas-saħħa fejn il-basla għandha effett li tikkalma lill-bniedem. Il-basal għandu importanza kummerċjali.
Il-basal jinżera’ fil-ħam- miela bejn Awissu u Ottubru f’Malta. Ħemm basal abjad u aħmar. Ta’ l-aħħar huwa popolari fil-ħamrija bajjad li jxaqleb għal ħamrija bajda u taflija, u jiddependi l-għan tat-tkabbir għaliex hemm ba- sal li jinżamm żgħir biex jin- qala’ bħal basal tal-pikless. Wara li jkun nibet il-basal irid inaqqi minn ħaxix sel- vaġġ biex jikber b’saħħtu. Meta jħaxxen daqs suba, jin- qala’ u jitħawwel fil-flanni. Illum hemm diversi modi ta’ taħwil għax il-makkinarju sab postu fin-nuqqas ta’ ħaw- wiela bl-idejn.
Ir-rotazzjoni tal-uċuħ (In-newba)
Il-basal jeħtieġ jitkabbar f’ħamrija fertili u l-qofol prinċipali li tmantni l-ħamri- ja permezz tan-newba, fejn l- għan tal-produttur jibqa’ il-ħarsien u t-tkabbir b’saħħtu tal-pjanta billi jinżammu l-għedewwa u l-mard ’l bogħ- od mill-għalqa.
In-newba tinvolvi l-ele- menti tal-Putassa(K) u So- dium(Na) li bejniethom jo- ħolqu ċertu armonija fejn jiskatta kurrent minn l-għe- ruq sal-weraq tal-pjanta, u f’dan il-kurrent jgħaddu ele- menti oħra li huma bzonn- jużi fl-iżvilupp tal-pjanta. L-iskambjament tal-katjoni (Cation-exchange capacity CEC) joħloq pompa li tiġbed l-ilma minn isfel għal fuq.
Il-familja tal-basal hija l-Lilliaceae bħal t-tewm, il- kurrat u l-asparagus fejn għandna nevitawhom mir-ro- tazzjoni meta dawn ikunu in- fettati b’wireworms (Coleop- tera, Elateridae) li huma prob- lema kbira għal dan il-wiċċ fejn il-parti maħsuba għall- ikel tiżviluppa taħt l-art.
Fil-presenza tal-ħniex li tarahom b’mikroskopju li nsibuhom bħala nematodi, it- taħwil tal-Mustarda, tal- Eruwkola u Kale jiġbdu dawn in-nematodi lejn l-għe- ruq tal-Kromp (brassica). In- Nematodi jeħlu bil-munqar tagħhom mal-għeruq u l-bid- wi jista’ jaqla’ bl-għeruq kol- lox il-Kale imsemmi bin-Ne- matodi mwaħħlin magħhom, fejn l-għeruq jista’ jinħaraq bin-Nematodi kollox waqt li l-biċċa ta’ fuq tintuża’ għall- ikel.
In-Nematodi jipproduċu bl-eluf u malajr fi żmien qa- sir, ħafna speċjalment f’prattiċi tal-monokultura – jiġifieri jitkabbar wiċċ ta’ l-istess familja wara l-ieħor. Dawn in-Nematodi jistgħu jkunu jew ċesti oranġjo inkella ħo- mor li jidhru b’lenti għax il-kobor tagħhom huwa daqs il-ponta ta’ ras ta’ labra. Inkel- la jistgħu jkunu ħniex li jidh- ru biss bil-mikroskopju fejn hemm xi wħud minnhom li huma vetturi ta’ mard tal-vi- rus kif ukoll bil-munqar tagħhom itaqbu fit-tissues tal-pjanti biex jerdgħu is-su- gu mill-phloem li huwa it-tu- bu li jġorr iż-zokkor.
Fertilità tal-ħamrija
Qabel ma tħawwel, il- wiċċ tal-basal għandu jinħa- rat u jingħata madwar tlett tunnellati f’tomna ta’ demel misjur. Issa wieħed jista’ jħawwel ix-xitel tal-basal wara wiċċ ta’ demel aħdar. Madanakollu, dan il-wiċċ ta’ demel aħdar ma jistax ikun magħmul minn leguminoza biss u ma għandux jinħarat meta jkun għadu zgħir iżda wara li jwarrad. Peress li l-ba- sal jibbenefika mill-Potassi- um u l-Kubrit, xi fertilizzanti bħall-Sulfat tal-Putassa jista’ jingħata fi kwantitajiet mo- derati wara li joħroġ ir-riżul- tat tal-analiżi tal-ħamrija. Il-kromp iħalli r-riħa tal-kub- rit warajħ u kultant jagħmel anke riħa fil-borma meta jis- sajjar. Din l-osservazzjoni tgħin biex wara l-kromp jista’ wieħed jaħseb ukoll għall- kultivazzjoni tal-basal.
Teknika ta’ kultivazzjoni
Il-Basal jista’ jitkabbar ħdejn uċuħ bħal Ċereali – xgħir/ qamħ / avena , Legumi- nożi – ful / pizelli / fażola, Brassica – pastard / kaboċċi/ ġidra, Spinaċi, Selq, Busbież u uċuħ ta’ demel aħdar. Evita li tkabbar il-Basal ħdejn speċi ta’ Tadam / Patata / Brunġiel, Ħass, Ravanell, Żunnarija, Qamħirrun, Ġirasol u ħaxix perennjali għaliex dawn jinħakmu minn għedewwa u patoġeni li jaffetwaw lil basal. Il-kultivazzjoni teħfief meta jkun hemm tisqija b’il- ma ta’ kwalita tajba. Il-friefet tat-tisqija (sprinklers) jintu- żaw jekk ma jkunx hemm in- dikazzjoni tal-moffa sufija jew is-sadid li jħassru il-Ba- sal, waqt li l-uzu tal-qtar “drip” fit-tisqija jevita dan ir-riskju tat-tferrix tal-ispori tal-moffof. Kultant wieħed jgħid il-kelma – jiskalda l-Ba- sal.
L-għażla ta’ varjetajiet tid- dependi mill-ħtiġijiet tas- suq, il-klima, il-karatteristiċi tal-ħamrija, it-topografija tal- art u r-reżistenzi / tolleranzi għall-għedewwa.
Is-sadid u l-moffa sufija huma żewġ speċi differenti li jkattru meta t-temperatura tkun taħt it-28 Grad Ċelcius, l-umdita għolja aktar minn 65%, fix-xita jew tisqija bil- farfett fejn il-weraq jibqgħu imxarrbin għal żmien twil. Is-sadid jidher għall-ewwel tikek ċar kannella li maż- żmien meta jidħol is-sajf issi- ru dawn it-tbajja suwed u meta jfarfar, jinfirex il-mard tal-moffa tas-sadid iswed.
Insetti Għedewwa – Wireworms (Coleoptera, Elateridae)
L-iżjed speċi ta’ wire- worms mifruxa fil-pajjizi tal- Mediterran huma mill-ġenus Agriotes. Peress li jagħmlu l- ħsara fl-istadju ta’ larva u huma problema serja kemm fil-preżent u fil-ġejjieni. Dejj- em ikun meħtieġ li kull tip ta’ għedewwa tkun mmonitorja- ta l-larva permezz ta’ nasses li jkunu apposta biex ikun ddentifikat l-ispeċi u kif inhi mferrxa. Għandu jingħad li l-wireworms żgħar jiżvilup- paw fil-ħamrija bejn 24 xahar u tlett snin u li l-larva mhum- iex kapaċi jiċċaqalqu minn post għal ieħor b’mod faċli. Prattika tajba f’pajjizi tal- Mediterran li jipproponu li jikkontrollaw il-popolazzjo- nijiet tal-wireworm billi titħalla l-ħamrija vojta u niexfa fis-sajf peress li l-lar- vae ta’ l-insetti speċjalment liżgħar minnhom ma jifilħux in-nixfa. Minn aspett ekoloġi- ku, dan il-metodu ma jreġġix għax jitnaqqas il-ħumus.
It-trips – trips huma ko- muni fil-biedja organika u jinstabu fuq ħafna uċuħ meta ma jkunx hemm pjanti ħde- jhom li jagħtu kenn lill-inset- ti benefiċjali. Fin-nuqqas ta’ dawn l-insetti, it-trips ikattru. Hemm aktar minn 5000 tip ta’ trips, fejn fosthom hemm ukoll benefiċjali. Dawk li jagħmlu l-ħsara, billi jbidu l-bajd u meta jfaqqsu tant ikun żgħar li ma jidhrux. Hemm minnhom ikunu fuq il-wiċċ tal-weraq, oħrajn taħt il-weraq waqt li xi speċi jġor- ru mard ta’ batteri u viruses. Bexx tal-Filfel – pepper spray joqtol it-trips. Fil-biedja or- ganika li tħaddan il-bijodi- versita, meta jkun hemm pjanti li huma d-dar naturali għall-insetti benefiċjali, dawn jieklu t-trips u l-am- mont tat-trips ikun insigni- fikanti biex jagħmlu ħsara lil basal. Jekk il-popolazzjoni tal-insetti għedewwa tkun ta’ anqas minn 10%, ma hemmx ġustifikazzjoni għall-inter- vent uman.
Jekk ma jkunx hemm dan l-approċjo, il-bidwi jista’ jaghmel uzu mill-insettiċida – li jkun magħmul mis-siġra NEEM li għalkemm huwa or- ganiku, xorta waħda jista’ jħalli impatt tossiku fuq xi insetti benefiċjali. Meta l-bidwi jkollu l-basal maz-zunnarija jew it-tewm mal-kurrat, jitnaqqsu id-dbieben tal-karotti (Psila rosae ). Ta’ l-aħħar tattakka wkoll il-karfus u it-tursien li jagħmlu l-fjuri forma ta’ um- brella. Id-dubbiena tal-karot- ti tiddejjaq minn l-Iklin, Tewm, Basal, Salvia u Ta- getes. Aparti li dawn jistgħu jitħawwlu qrib il-ħaxix tal-borma, wieħed jista’ juża- hom bħala bexx tas-sugu. Min ma jridx jagħmel il- proċess tad-duwa mis-sugu tal-pjanti, wieħed jista’ jixtri NEEM oil, Spinosad u prepa- ramenti oħra magħmula u proċessati taħt il-leġiżlazzjo- ni tal-biedja organika.