PRATTIĊI AGRO-AMBJENTALI TAL-BIDWI U TAR-RAĦĦAL (1)
PRATTIĊI AGRO-AMBJENTALI TAL-BIDWI U TAR-RAĦĦAL (1)
Ir-raħħal u l-bidwi minn dejjem ikkumplimentaw lil xulxin. Minn żmien il-
qedem kien hemm rabta bejn il-bidwi li jkabbar il-ħxejjex, il-mgħallef u l-frott li kien jgħaddi għand ir-raħħal li kien il-produttur tal-laħam u li kien irabbi l-bhejjem. Teżisti affinita u għaqda bejn dawn it-tnejn, fejn l-elementi tekniċi bażiċi huma mkebbsa fl-istrateġija agro-ekoloġika.
It-tnejn li huma jafu sewwa il-konservazzjoni u r-riġenerazzjoni tar-risorzi naturali. L-ewwelnett kemm ir-raħħal u l-bidwi jafu sew- wa l-manniġġ tal-ħamrija. Fil-biedja organika, kull tk- abbir ta’ prodotti jrid issir fil-ħamrija. Hekk kien issir fil-qedem u hekk għadu jsir bil-biedja organika.
Ħemm eċċeżżjoni fl-Isvez- ja fejn ingħatat deroga mil-Kummisjoni tal-Agrikol- tura li jippermetti l-bdiewa Svedizi li jkabbru fit-xit- wa ġewwa s-serrer ħxejjex
fil-kaxxi mirfugħa mill-art minħabba l-art li tkun friżata, għaliex it-temperatura taqa’ ħafna taħt il-grad żero. Dawn il-bdiewa li jinsabu f’latitud- ni kesħin fl-Iskandinavja jist- għu jakwistaw iċ-ċertifikat ta’ prodotti organiċi sa għaxar snin wara li ngħatat id-dero- ga.
Il-problemi tal-erosjoni tal-ħamrija ġabet biss faqar fiż-żoni rurali. L-attur rurali huwa konxju tal-konsegwen- za tal-erossjoni tal-ħamrija. Fil-qedem kienu jibnu l- ħitan tas-sejjieħ biex iżommu l-ħamrija. Fejn kien hemm il-widien, missierijietna kienu jibnu ħitan għoljin fuq il-ġnub tal-wied biex it-tkax- kir tal-ilma ma jġorrx il-ħam- rija mill-għelieqi.
L-intelett u l-ħsieb no- bli tal-bdiewa li mmanniġ- jaw il-ħamrija hija xhieda ta’ wirt rurali li l-ġenerazz- joni preżenti wirtet u dan il-lendskejping kultura- li għandu jinżamm u jkun
konservat. Il-ħamrija hija magħmula minn saffi fuq xulxin, fejn ta’ fuq nett li huwa sinjur fil-ħumus huwa s-saff li jaqla’ xmux u l-qilla tax-xita b’saħħitha. Huwa saff fraġli u faċli li jinġarr ma xita qalila fejn f’bosta drabi l-il- miet tax-xita jkaxkar il-wiċċ tal-ħamrija li jintilef fil-baħar bil-kawza li jdawwar lil gziritna b’ċinturin kannella mal-kosta maltija li tagħmel ħafna ħsara lill-ispeċi marina bħal ħut żghir, rizzi, imħarr w’oħrajn. Ċinturin ta’ ħamri- ja jifforma fl-ilma tal-baħar li jdawwarna wara li sseħħ l-er- ossjoni!
Dan is-saff ta’ fuq nett għandu jkollu qoxra ta’ veġetazzjoni bħal xgħir u ġulbiena fejn l-għeruq tagħhom iżommu l-ħamrija tal-wiċċ u din il-kultivazz- joni tal-veġetazzjoni tħares il-wiċċ mill-erossjoni. Hija sistema agro-ekoloġika li tin- tuża ħafna fil-permakultura.
Din is-sistema hija ta’ fe-
jda fejn hemm l-imsaġġar taż-żebbuġ, dwieli, bajtar u frott ieħor barra r-raddi mħawwlin bil-ġulbiena w ix-xgħir. Taħt is-saff ta’ fuq nett, insibu s-saff attiv li jinħadem bl-ispapen ta’ xi mutur tal-ħart jekk mhux b’xi mazqa, fejn l-għeruq ixenxlu fih. Hemm primar- jament żewg tipi ta’ għeruq fejn bħala eżempju nieħdu l-għerq prinċipali tal-karro- ti li huwa dritt u b’saħħtu biex iniffed fis-saff attiv u l-għeruq miftuħ qisu mob tal-ħasil fejn l-għeruq ixenx- lu fil-wiesa’ tas-saff attiv u li xogħolhom huwa li jfittxu n-nutrijenti fil-ħamrija. Taħt nett insibu s-saff passiv li jin- qala’ biss b’xi sikka tat-trak- tor. Għalkemm huwa passiv, la darba jinqala’ bis-sikka, jkun hemm ħafna nutrijenti li jittellgħu fil-wiċċ u li jist- għu faċilment jittieħdu minn żriegħ li jkun qagħdu jneb- bet in-nebbieta.
Il-ħamrija tried tkun dejjem komda bin-nutrijenti li jridu dejjem ikunu bilanċjati. Il-qmuħ għandhom għeruq li jinżel fis-saff passiv.
Barra l-ħamrija, insibu l-ilma li huwa fundamental fil-biedja. Il-ġabra tal-ilma, il-konservazzjoni fil-post u l-immanniġjar tat-tisqi- ja jilgħabu rwol ekoloġi- ku. Anke fuq dan l-aspett, wieħed issib kif anke sa 5000 sena ilu, missierijietna kienu jħaffru bjar bħal dawk ta’ misqa naqra l-bogħod mit-tempju tal-Mnajdra.
Għalkemm ħafna jsibuh bħala tempju, fil-preżent huma ħafna studjużi li jqisu din l-istruttura megalitika (megalos bil-grieg tfisser kbir) bħala binja kalendarju. Min huwa midħla tal-Mna- jdra, jaf sewwa li t-tempju t’isfel li għandu erba’ ap- sidi, huwa alenjat u mibni b’mod li l-istaġuni tas-sena jirreflettu r-raġġi tax-xemx mas-sbieħ il-jiem fil-wieħed w għoxrin ta’ Marzu li huwa meqjus bħala l-equinox tar-rebbiegħa, il-wieħed w għoxrin ta’ Ġunju li huwa meqjus bħala s-solistizju tas-sajf, il-wieħed w għoxrin ta’ Settembru li huwa meq- jus bħala l-equinox tal-ħari- fa u il-wieħed w għoxrin ta’ Diċembru li huwa s-solistizju tax-xitwa.
L-erba’ staġuni huma ri- flessi f’dan il-kalendarju tal-ġebel u dan kien jintuża bħala instrument fil-biedja li kien jgħin lil bdiewa u lil raħħala jkabbru u jgħammru l-annimali skont l-istaġuni. Ħaġa meraviljuża ta’ 5000 sena ilu u li qagħda tagħmel ħafna sens fil-preżent. Kemm fl-antik ta’ żmien il-ħaġar kif ukoll fil-preżent, il-bdiewa u r-raħħala taw l-importanża lil riżorsi naturali fejn l-għożża ta’ dawn ir-riżorsi huma es- senżjali f’ġejjieni sostenibli.
Għalkemm għaddew l- eluf tas-snin fuq il-biedja, fejn huwa stabilit li l-biedja hija t-tieni ekonomija anti- ka fid-dinja, u illum għadek issib raħħala u bdiewa li jemnu fl-irwiegel li jgħoddu mil-jum tat-tlettax sal-ħam- sa u għoxrin ta’ Diċembru fejn kull jum huwa interpre- tat bħala xahar. Barra l-oss- ervazzjoni tax-xemx, il-bdie- wa għadhom ukoll ifittxu u jsegwu t-tlettax il-qmura u jevitaw ix-xhur.
Bis-saħħa ta’ innovazz- joni u tar-riċerka, fil-preżent ix-xjenzati kapaċi jmexxu lill-atturi rurali biex jimman- niġjaw ferm aħjar il-ħamri- ja, l-ilma, il-ġermplasm bħal speċi indiġini w endemiċi u l-fawna / flora fejn jispik- kaw l-għedewwa naturali, id-dakkara u insetti benefiċ- jali li huma parti minn ċik- lu fil-biedja organika. Ma mmorux ‘l bogħod għax illum il-metjoroloġija hija sapport u ta’ għajnuna kbira fl-ip- pjannar u fl-implimentazzjo- ni tax-xogħol agrarju.
Il-manniġġ ta’ riżorsi produttivi jwasslu wkoll għall- diversifikazzjoni fejn ir-rotazzjonijiet u t-taħwil bis-sekwenzi neċessarji jridu jsiru f’waqthom u fil-ħin. L-uċuħ li jitkabbru kemm għall-bniedem kif ukoll għall-bhejjem iridu jirrispek- jaw sistemi mħallta, polikol- tura u agro-msaġġar – fejn siġar iridu jindaħlu fiċ-ċiklu naturali sabiex l-ekosistema tkun kompleta.
L-għasafar speċjalment dawk li jieklu l-insetti jgħixu fuq is-siġar u għandhom posthom fl-għelieqi. Min jis- ta’ jzomm it-tiġieġ fil-beraħ taħt is-siġar, dawn it-tjur jiek- lu l-insetti li jaghmlu ħsara lill-uċuħ. F’Malta, għandna t-tiġieġa sewda maltija li tiekol id-dbieben tal-frott. Il-ġenetika tal-annimali li nrabbu kif ukoll taż-żer- riegħa li jintużaw fil-biedja tilgħab pedina importanti fil-ħajja soċjali, ekonomika w ambjentali tar-raħħal u tal-bidwi. U għalkemm Malta hija gzira żgħira, xorta waħda ir-reġjonalita tilgħab rwol kbir fejn iż-żonifikazzjoni, il-firxa tal-ilma speċjalment fil-ġejjieni tal-użu tan- new water .
Fil-preżent, irid issir sforz akbar biex nersqu ak- tar viċin lejn ekonomija ħadra. Wieħed irid jifhem
fil-kwalita ta’ ekonomija fejn ir-riċiklar ta’ nutrijenti u ma- terjal organiku għandhom valur.
Il-bijomassa ta’ l-art fejn id-demel aħdar, fdalijiet taż- żbir u ta’ l-uċuħ, fissazzjoni tan-nitrat permezz ta’ pjanti leguminożi kif ukoll il-bijo- massa tal-bhejjem fejn id-de- mel, l-urina eċċ għandhom it-trejqa tagħhom fl-ekonom- ija ħadra.
Użu mill-ġdid ta’ nutri- jenti u riżorsi naturali, id-di- mensjoni tar-razzett kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra għandhom daqs tant ieħor ġejjieni f’biedja li maż- żmien tixxaqleb lejn agro-tu- riżmu.
L-ekonomija ħadra li tik- kumplimenta r-reċiklaġġ tal- iskart organiku, li fil-ġejjieni qarib se tkun imsejjsa minn leġislazzjoni ġdida fejn tingħata importanza qawwi- ja lil frakk tossiku misjub fl-iskart organiku reċiklat li joħloq problemi għas-saħħa tal-bniedem.
Dan il-frakk tossiku huwa mikro u jrid ikun evitata li jidħol fil-katina tal-ikel. Bħa- la materjal tossiku jista’ jkun
jew xi materjal bijoloġiku jew inkella kemikali. Bħa- la materjal kemikali tossiku nistgħu nispiċċaw fil-proċess tar-reċiklaġġ b’kompost li jkun fih diversi metalli u l-ammont tagħhom li jista’ jkun tossiku jekk l-ammon- ti indikati mal-metalli jin- qabżu, bħal Cadmium (Cd) 1,5mg/kg DM (dry matter), Hexavalent Chromium (Cr VI) 2mg/kg DM, Chromium totali (Cr) 100mg/kg DM, Merkurju (Hg) 1 mg/kg DM, Nickel (Ni) 50mg/kg DM, Ċomp(Pb) 120mg/kg DM, Ar- senic (As) 40mg/kg DM, Kup- ru (Cu) 300mg/kg DM, Zinc (Zn) 800mg/kg DM, Biuret (C2H5N3O2) ma jistax ikun prezenti fil-kompost.
Fejn jidħlu l-patoġeni, mhux permess li jkun hemm mikro-organizmi bħal Salmo- nella spp bil-limitu ta’ 25g, Escherichia coli bil-limitu ta’ 1000 f’ 1g inkella Enterococ- caceae bl-istess doza, Faecal coliform bacterial count: 10 pcs/g, Faecal Streptococcus bacterial count: 10 pcs/g, Peu- domonas Aeruginosa count: 10pcs/g, Salmonella sp. 2*10g or ml negattiv, numru ta’ bajd
tal-ħniex tal-musrana para- sitti umana :100g jew 100ml negattiv, Listeria monocy- togenes bil-limitu ta’ 25g bħal limiti oħrajn ta’ Vibrio spp u Shigella spp. Hemm mikro-organizmi oħrajn bħal Ascaris spp u ħlejjaq żgħar li ma jkunux aċċettati f’am- monti li jaqbżu l-limiti tolle- ranti fil-kompost.
Fil-qafas ġenerali tal-iżvi- lupp rurali, ir-regolamenti bijotiċi huma importanti u neċessarji bħala parti minn żviluppsosteniblifejnil-ħar- sien tal-pjanti u s-saħħa / l-benessere tal-bhejjem jingħattaw prijorita. Il-kon- troll bijoloġiku b’mod natu- rali u artifiċjali fejn jinġiebu għedewwa naturali u inset- tiċidi botaniċi, prodotti veter- inarji alternattivi, eċċ jagħtu kontribut kbir lejn ekonomi- ja li aktar qegħda ssir ħadra u diversifikata.
Fil-manniġġ ta’ l-elementi tekniċi, l-attur rurali li f’dan il-kaz huwa l-bidwi u r-raħħal iridu jsegwu ir-riġenerazzjo- ni ta’ riżorsi, teknika ta’ kon- servazzjoni u mmanniġġjar mfassla għall-ħtieġijiet lokali u ċ-ċirkostanzi agro-ekoloġiċi
u s-soċjo-ekonomiċi.
Wara l-ewwel pass, irid
ikun hemm il-livell ta’ im- plimentazzjoni li tista’ tkun fuq livell ta’ firxa ta’ l-il- ma, mikro-reġjonali, livel ta’ razzett u l-livel ta’ siste- ma ta’ l-uċuħ. Din l-impli- mentazzjoni trid titmexxa b’mod integrat fejn il-kunċett ħolistiku jintegra l-elementi b’mod sħiħ u mhux iżolati. L-istrateġija għandha taq- bel mad-drawwiet u l-ħid- ma tal-bidwi / raħħal u għandu jkun fiha elementi ta ‘ mmaniġġjar ta’ riżorsi tekniċi.
Imbagħad wara dawn l-er- ba’ fażijiet l-immanniġjar is- sir b’mod li jiżgura:
1. Żieda fil-bijodiversita ta’ bijomassa u kontenut ta’ materja organika fil-ħamrija.
2. Tnaqqis fil-livelli ta’ fdalijiet ta’ pestiċidi fil-ħam- rija u telfien ta’ nutrijenti u komponenti ta’ l-ilma.
3. Twaqqif ta’ relazzjoni- jiet funzjonali bejn il-varji komponenti tar-razzett.
4. L-aħjar ppjannar ta’ sekwenzi u taħlit ta’ l-uċuħ u l-użu effiċjenti ta’ riżorsi dis- ponibli fil-post.