IL-MAĦLUT TA’ TKABBIR TAL-ĦXEJJEX TAL-BORMA B’MOD ORGANIKU
IL-MAĦLUT TA’ TKABBIR TAL-ĦXEJJEX TAL-BORMA B’MOD ORGANIKU
It-tkabbir tal-ħxejjex jeħtieġ ħamrija tajba li trid ikollha kemm in-nu-
trijenti kollha li jeħtieġu l-pjanti, kif ukoll il-kom- pożizzjoni, l- istruttura u it-tessura tal-ħamrija tajba, fejn il-partiċelli tal-ħamri- ja li jriedu jkunu mpoġġija sew fuq xulxin u ħdejn xulx- in f’ ħart tajjeb, waqt li t-tes- sura tal-ħamrija trid tkun fina, ħafifa u ventilata bl-ar- ja li joħloq ambjent idejali għat-tkabbir tal-mikro-or- ganiżmi benefiċjali bħal mikrofawna u mikroflora li jgħixu taħt il-wiċċ tal-ħamri- ja.
Meta l-ħamrija tkun maħduma sewwa għax il-ħart issir bil-galbu u jkollha de- mel aħdar li jkattar il-ħumus, fejn jitkattru mikro-organ-
izmi u makro-organizmi li jkissru l-elementi kemikali li nagħtu jew bħala demel organiku inkella bħala fer- tillizant organiku. Bis-saħħa tas-saff tal-ħumus li huwa d-dar naturali għall-ħlejjaq li narawhom biss permess ta’ mikroskopju, dawn jif- furmaw saff bijotiku li jfar- rak l-elementi maġġuri bħal Nitrat, Fosfru, Putassa u el- ementi minuri bħal ħadid, Boron etc u għax ikunu mfar- rka b’ mod bijoloġiku, dawn l-elementi jiffurmaw miljuni ta’ “IONs“ fl-ilma tal-ħamri- ja u jittieħdu b’faċilta mill- għeruq tal-ħxejjex. Din hija n-newba naturali.
Dejjem il-produttur tal-ħxejjex għandu jkun jaf il-ħamrija tiegħu billi jieħu analiżi tagħha u jkun jista’
jieħu l-miżuri skont il-bżon- nijiet tal-ħamrija. Min ma jasalx waħdu, għandu jfittex parir professjonali. Fil-bijo- diversita semmejt l-impor- tanza li noħolqu pjanti ta’ akkumpanjament, li joħolqu tip ta’ affinita bejniethom u b’mod ċar u sempliċi wieħed irid joħloq ekosistema u dan jista’ jitwettaq billi:
1. Tipprepara il-burdu- ra ħadra madwar l-għalqa fejn diversi ġeneri ta’ pjanti jitħawwlu u
2. Il-bijodiversita tirnexxi kemm il-produttur jkun kapaċi jifhem il-bżonnijiet tal-għalqa tiegħu.
Jekk wieħed se jaħdem fir-raba’ saqwi huwa total- ment differenti minn ħid- ma fir-raba’ bagħli, għaliex l-ilma fis-saqqi jilgħab rwol
determinanti fil-produzzjo- ni tal-ħxejjex. Anke x’tip ta’ ħamrija u kemm hija fonda jiddependi x’tip ta’ ħxejj- ex jitkabbru u l-istennija tal-produttur trid tkun rejal- istika skont il-fatturi li ssaw- wru l-ekosistema tal-għalqa li jkun se jaħdimha!
Billi llum huwa ħafna faċli li jinġiebu żriegħ anke bil-posta, il-produttur għan- du jkabbar diversi ħwawwar u fjuri li huma msemmiha aktar hawn taħt, li jiffurmaw burdura biex jitkabbru in- setti benefiċjali li jnaqqsu l-insetti danużi kemm għax ta’ l-ewwel jiekluhom u anke hemm xitel li jkerrex insetti li jagħmlu il-ħsara lil uċuħ li nkabbru fl-għalqa. Metodu effiċjenti hu li tinżera’ ż-żer- riegħa tal-ħwawwar f’reċip- jenti li jkollhom kompost sterillizzat u meta jikbru għat-taħwil, għandha l-art tkun maħduma b’mod li n-newba tkun fl-aqwa tagħha biex tagħti mill-ewwel dawk in-nutrijenti lix-xitel. Kull taħwil, qlugħ u ċaqliq mill-pots, jitlob li l-għeruq jinġibdu l-isfel u ma jkunux mdawwrin minħabba li l- pots ikunu tondi u l-għeruq jieħdu l-qagħda tagħhom, w allura l-għeruq jieħdu dik il-forma ċirkulari. Meta t-tub- ba bix-xitla tinħareġ mill-pot, għandhombis-swabajitniżlu l-għeruq ‘l isfel sabiex dawn ssibu ħamrija umda fejn l- għeruq jinferxu b’mod verti- kali u mhux b’mod orizzonta- li u li jsibu in-nutrijenti maħ- lulin biex jittieħdu mill-ew- wel mill-pjanta.
Bħala ħwawwar, wieħed għandu jfittex li jkun hemm dawk il-ħwawwar u anke pjanti ornamentali li jagħmlu fjuri bħal “African Marigolds – Tagetes u Margerita – Ca- lendula “ li jgerrxu l-insetti li jagħmlu il-ħsara. Hemm ħwawwar bħal tursien u pjanti ornamentali bħal qronfol tork (Tagetes sp.) jew il-margerita (Calendula sp) li huma anwali, jitkabbru kull
sena waqt li hemm pjanti oħrajn li huma ta’ sentejn jew ta’ aktar snin eżempju il-Faqqus il-ħmir li joħloq il- post idejali għan Nannakola u din ix-xitla għalkemm tik- ber selvaġġa, għandha posta fuq il-ħitan tas-sejjieħ. Tajjeb ukoll li bejn il-ħajt tas-sejjieħ u r-raddi tax-xitel, naħsbu biex ikollna strippi ta’ xgħir sabiex inżidu mal-bijodiver- sita kif ukoll filliera xgħir iżżomm lura il-bebbux li jaqsam mill-ħitan tas-sejjieħ għal fuq il-ħxejjex tal-borma.
Il-burdura il-ħadra titkab- bar minn xitel ta’ familji dif- ferenti, li għandhom riħa dif- ferenti u li għandhom forom ta’ għeruq differenti minn xulxin, li jgħaqqdu iċ-ċin- turin madwar l-art li se tin- tuża għall-taħwil tal-ħxejjex tal-borma.
Il-burdura l-ħadra tiġbed ukoll insetti benefiċjali bħal żnażan li jbidu fuq inset- ti dannużi jew ħanfus bħal Nannakola, u meta dawn iż-żnażan / ħanfus ma jkoll- homx fejn jieklu insetti għed- dewwa, dawn l-insetti preda- turi u parasittiċi jfittxu il-pol- len (id-dakkir tal-fjuri) biex jieklu u jibqgħu ħajjin. Mela il-pjanti dekorattivi joħolqu sorz ta’ ikel għal dawk l-in- setti benefiċjali meta ma jkollhomx insetti għeddew- wa x’jieklu. Li kieku ma jkollhomx x’jieklu, dawn l-insetti benefiċjali jaħarbu u jitilqu ‘l hemm biex ifittxu l-ikel x’imkien ieħor. Għal- hekk huwa għaqli li ddaħħal pjanti dekorattivi mal-ħwaw- war fil-burdura biex ikollok alternativa għal meta jiskar- sa l-ikel għal insetti bene- fiċjali. Ix-xitel tal-ħwawwar fil-burdura jitħawwlu skont l-istaġun tagħhom u jridu jkollhom spazju bejn waħda w oħra biex ikollhom fejn jimirħu.
Fejn ikun hemm problemi bil-bebbux, huwa pass bażi- ku li jsir żriegħ tax-xgħir bejn il-burdura l-ħadra u l-ħajt tas- sejjiegħ. Wara sena ta’ xgħir,
is-sena ta’ wara jista’ jintuża l-qamħ, b’sena oħra ta’ avena u jekk ikun hemm l-ilma jis- ta’ jinżera’ il-qaraboċċ jew qa- mħarrun fis-sajf. Dawn huma kollha ċereali li jiffurmaw purtiera għall-bebbux biex ma jmurx fuq il-ħwawwar u fuq il-ħxejjex tal-kċina.
F’ekosistema kompleta, tajjeb li l-produttur tal-ħxejj- ex joħloq vaska bl-ilma biex insetti benefiċjali jimirħu. Tista’ ssir għadira artifiċjali li toffri wkoll ilma lil annima- li oħra bħal żrinġ, gremxul, għanfud, kamaljonte, sriep w ‘oħrajn li jieklu insetti, ġrieden u pests.
Bħala ħxejjex tal-kċina, dejjem fittex dawk il-varjeta- jiet li huma adattati għar-ra- ba’ tiegħek u li se jkun hemm il-bejgħ għalihom. Il-post ta’ fejn huwa r-raba’, kif kien jintuża u jinħadem qabel, jekk hemmx xi forma ta’ tit- lu fuq ir-raba’ u x’permessi hemm fuq ir-razzett – dawn huma parti mir-rekords tal- għalqa. Li tkun taf jekk kienx hemm problemi b’xi mard fuq xi ħxejjex, dejjem jgħin biex inti tfittex varjetajiet li huma reżistenti għall-mard bħal ġlata fuq il-patata.
Ukoll il-produttur tal-ħx- ejjex irid ikun jaf kemm iddum jikber il-prodott u meta se jlaħħqu mhux biss minħabba raġuni tas- suq, imma wkoll biex tkun ppreparat x’se tħawwel wara l-prodott li jkun laħaq. Għall-ewwel jidher diffiċ- li, imma wara l-ewwel sena, is-sistema timxi b’mod faċli u biż-żmien tiffranka ħafna flus fix-xiri ta’ bexx u ta’ fer- tilizzanti organiċi minħabba l-fatt li l-ħamrija tieħu ħsieb lilha nnifisha u toħloq ekosis- tema unika fl-għalqa tiegħek, li b’ħidmietek tasal għaliex kull bniedem jaħdem differ- enti, tkun ekosistema unika u li trendi. B’hekk il-bijodi- versita twassal għall-metodi sostenibli.
Ħawn taħt qed nipproponi manniġġ ta’ għalqa, li għand- ha aċċess għall-ilma, fejn it-tisqija tkun bil-qtar – drip irrigation. Ukoll biex inkab- bar il-ħxejjex tal-borma, se nuża’ l-membrane degradabli biex inrażżan it-tkabbir tal- ħaxix selvaġġ li ma nkunux inridu joħloq kompetizzjoni għall-uċuħ li nrid inkabbar
ta’ kwalita, fejn huwa possib- li l-anqas qatra bexx ma nuża’ għajr l-użu tal-kuprita biex nipprevedi l-mard tal-moffof. Rigward l-insetti, nrid nuża’ pjanti ‘companion plants’ li jakkumpanjaw lil xulxin u jħarrsu lil xulxin minn kull ħsara ta’ insetti għeddewwa. Madwar u barra mil-bur- dura, ikun għaqli li nagħm- lu radda ta’ metru wiesa’ ta’ xgħir biex il-bebbux jieqaf lil hemm u ma jmurx fuq il-burdura tal-ħwawwar, li ħafna minnhom se nsib il-bejgħ tagħhom bħala “del- icatessen“ fil-kċina mediter- ranja. Ħawn min jagħmel il-ġir flok ix-xgħir, imma l-ġir jinġarr bl-ilma! Anke il-wer- aq tal-prinjol li jniggez li bħal qxur tal-bajd jista’ jin- tuża bħala buffer li jdejjaq il-bebbux, il-bugħarwien u l-bugħarrat.
Fl-isketċ qed ikun imniżżel numru li juri x’tip ta’ pjanta tinżera’ / titħawwel kif muri hawn isfel:
1= xghir; iservi kemm bħala buffer (periferija) bejn il-ħitan tas-sejjiegħ u r-rad- di tal-ħxejjex għall-bebbux kif ukoll jilqa’ u jnaqqas is- saħħa tar-riħ;
1T = siġar bħal Żebbuġ , il-Luq ,ir- Rant , is-Siġra ta’ Ġuda , is-Siġra tar-Rummien li jiġbed għasafar li jieklu l-insetti bħal pittirossi, buf- ful w oħrajn. Bit-taħwil tas- siġar mal-periferija tax-xgħir, inkunu qed noħolqu post għall-għasafar li ma jagħm- lux ħsara lil ħxejjex għax jiek- lu d-dwied, il- bajd tal-inset- ti. B’hekk noħolqu ambjent aktar naturali w ekosistema kompluta.
Ħwawwar jew pjanti li huma rakkomandati u li huma mniżżlin fl-isketċ tal- għalqa1u2:bħal2=Lav- ender ; 3= Iklin ; 4= Salvia ; 5= Sagħtar ; 6 =Rant ħelu ; 7= Fidloqom ; 8= Busbiez ; 9 = Coriander ; 10 = Filfell aħmar ; 11= Origano ; 12 = Ċinna- mon ;13=Cardamom;14= Rant komuni ; 15 = Ġinġer ; 16 = Kamomila ; 17 = Ħabaq ;18=Kemmum;19=Saffron ;20=Sumak;21=Tarragon, 22 = “ Yarrow “ ,23 = Merqtux jew inkella dawn Marjoram , “Chervil“, “Caraway“,“ Oyster plant “, “Cloves “, “ Juniper berries “, “ Bee balm “,“Lemonbalm“,24“Ca-
lendula “, 25 “ Tagetes “. Ħxejjex tal-Borma li nist- għu ndaħħlu f’raddi bi 30 cms passaġġ bejn kull radda, imma nistgħu ndaħħlu raddi kemm inridu skont il-wes- għa u t-tul tal-għalqa. Impor- tanti li nifhmu sewwa x’tip ta’ familja ta’ ħxejjex nkunu qegħdin nużaw biex inkabb- ru. Bħal eżempju qed nagħżel diversi familji differenti li fihom wieħed issib diversi ħxejjex li jintużaw fid-dieta mediterranja. Dawn il-famil- ji tal-ħxejjex tal-borma jew inkella jisgħu jittieklu bħala insalata huma mfissra hawn
taħt:
Fabacea ( legumi )- Din
il-familja tiġbor diversi uċuħ tal-mizwet, fejn fosth- om wieħed jista’ jiżra’ Fazo- la, Piżelli, Ful, Ċiċri, Għażż u li jħallu n-nitrat permezz tal-kapaċita tal-għeruq tagħhom. In-nitrat li jħallu warajhom, igawdi minnhom xi pjanta li tifforma l-weraq li aħna nieklu bħal kabboċċi / ġidra / pastard / broccoli / brussel sprouts.
Brassicacea ( il-Kromp ) – Din il-familja għandha uċuħ b’weraq grass u li ħafna drabi għandhom effett lassa- tiv bħal Kabboċċi, Pastard, Brokkoli, Ġidra, Arugula, Sabauda ( Kale ). Billi hemm friefet li jattakkaw lil din il-familja, ikun għaqli li ħde- jn din ir-radda jkun hemm radda tal-familja Alliacea u tal-Asparagaceae , li r-riħa tagħhom jgerxu l-friefet apar- ti t-tulliera li taqbad ukoll il- brimb aħmar.
Alliacea tiġbor fiha il-ba- sal, it-tewm, il-kurrat u “ chives “ waqt li l-Asparagce- ae tiġbor l-Asparagus. Kemm it-tewm kif ukoll il-basal fil-viċinanza tal-ħabaq li għandu postu wkoll fil-bur- dura l-ħadra idejjaq ukoll il-farfett tas-susa tal-patata u t-Tuta absoluta tat-tadam. Al- lura ħdejn il-filliera tat-tewm nizra’ l-patata mill-familja tas-Solanaceae jew xi speċi oħra tal-familja skont l- istaġun.
Solanaceae hija famil- ja kbira u tiġbor it-tadam, il-patata, il-bżar filfel u aħ- dar, brunġiel u “ cherry to- matoes “. Varjetajiet li huma reżistenti kontra l-mard tal-ġlata għandhom ikunu preferuti. Ukoll il-bżar filfel
jista’ jinżera’ wkoll mal-bur- dura l-ħadra jekk ma jkunx ukoll mħawwel fir-radda paralleli mar-raddi tal-ħx- ejjex jkun hemm il-familja tal-Asteraceae. Aparti t-tisqi- ja bin-nutrijenti, il-presenża ta’ ħwawwar bħal ħabaq, nagħnieħ, merqtux idejjqu l-insetti għeddewwa.
Asteraceae hija l-familja li tiġbor fiha ħass, indivja, għeruq taċ-ċikwejra, qaqoċċ, kardun, artiċoks w oħrajn bħal pjanta nazzjonali ta’ Malta li ssebbaħ il-burdu- ra l-ħadra li tattira insetti tad-dakkir bil-lejl. Dawn l-insetti tad-dakkir jikkum- plimentaw dawk li jdakkru uċuħ umbellifera li huma tal-familja Apiaceae.
Apiaceae tiġbor fiha iż-żunnarija, it-tursin, il-kar- fus, il-bużbież, ix-xibt (Dill) u li huma wkoll uċuħ li jak- kumpanjaw uċuħ tal-familja Chenopodiaceae u tal-Polyg- onaceae li jiġbru fihom is- selq, il-pitravi, is-spinaċi u r-Rabarbru.
Cucurbitaceae tiġbor fiha l-ħjar, bettiegħ, dulliegħ, qara’ tork, qara’ bagħli w oħrajn. Il-bħajra titkabbar bil-kbir f’pajjizna u wieħed irid dejjem iħares prattiċi agrikoli tajbin u bħala pjanti li huma meqjusa bħala “com- panion plants “ insibu anke l-arbuxella taż-żejt tar-riġlu “ Castor oil plant “ li taħdem bħala repellent għall-insetti għedewwa kif ukoll tnaqqas il-moffa tal-mell dqiqi.
Familji oħra tal-ħxejjex huma Valerianaceae, Malva- ceae, Poaceae u Convolvu- laceae li jiġbru fihom il-ħass tal-ħaruf, okra, qamħ ħelu u patata ħelwa.
Il-patata ħelwa tiġi mill- bogħod mill-patata komuni, għalkemm il-patata ħelwa qegħda fil-Convolvulaceae bħall-leblieb w’oħrajn waqt li l-patata komuni qegħ- da fis-Solanaceae. Iż-żewġ familji jmorru taħt l-ordera tas-Solanales. Il-patata ħelwa kienet teżisti fis-selvaġġ ġew- wa l-Amerika t’isfel xi 3000 sena QK. Interessanti l-fatt li l-ġenome tal-patata ħelwa għandha sekwenzi ta’ DNA ġej mill-Agrobacterium, bil- ġenes espressi mill-pjanti. Studju xjentifiku rriżulta li l-patata ħelwa li hija kkulti- vata kienet l-ewwel eżempju
ta’ ħaxix transġeniku naturali minħabba t-transġenes li ġew osservati mill-qrib kemm fil-patata ħelwa ta’ żmien il- qedem kif ukoll tal-varjetaji- et imkabbra fil-preżent.
Il-ħass tal-ħaruf li jittiekel bħala insalata tmur fil-famil- ja tal-Valerianaceae, hija pjanta annwali li għandha tlett darbiet vitamina Ċ daqs iż-żunnerija, il-ħass kif ukoll B6, ħadid u putassa. L-aħ- jar żmien tal-ħsad għall-ikel ikun qabel jiftħu l-fjuri.
Il-qamħ ħelu jmur fil-familja tal-Poaceae li bħal- ma huma ċ-ċerejali, huwa ħaxix imfittex mill-annimali. Ir-ruminanti jiekluh u barra l-valur nutrijentiv li għand- ha l-familja taċ-ċerejali, iż-żerriegħa tindaħan u tin- tuża mhux biss bħala għalf għall-bhejjem imma wkoll għall-produzzjoni tal-ħobz.
L-okra tikber f’pajjiżi dif- ferenti fejn varjetajiet differ- enti jirnexxu fi klimi kemm sħan kif ukoll kesħin. Il-frott jixbaħ ħafna il-miżwet aħ- dar tal-qara’ bagħli. Fi klimi kesħin il-pjanta li togħla xi 2 metri tikber anwali, waqt li fi klimi sħan il-pjanta tik- ber fuq medda ta’ snin għal- iex hija pjanta perennjali. Il-partijiet tal-okra instabu li għandhom valur fil-qasam tal- farmaċewtika u aparti li tittiekel bħala ħaxix tal-bor- ma, kemm il-weraq kif ukoll iż-żerriegħa għandhom at- tribwiti mediċinali fosthom li jnaqqsu d-diabete.
Vantaġġi tal-Biodiver- sità
Il-vantaġġi tal-biodiver- sità jiżbqu bil-kbir prattiċi agrikoli oħra, għax il-pro- duzzjoni tħares il-prinċipju ekoloġiku fejn wieħed im- mur man-natura, juża ċ-ċikli naturali tal-Karbon, tan-Ni- troġenu, tal-Fusfat u tal-Pu- tassa.
Il-ħxejjex u l-ħlejjaq għandhom karatteristiċi dif- ferenti u l-bżonnijiet differ- enti tagħhom huma reġene- rati b’modi naturali li l-ħam- rija taħseb li tissupplixxi. Tinħoloq ekosistema fl- għalqa li tkun unika, li tkun tiegħek u għax inti persuna speċjali toħloq ambjent speċ- jali li tissejjaħ ekosistema. Din hija t-triq sostenibbli!