XI PRATTIĊI TAJBA TAL- ORTIKOLTURA ORGANIKA FIR-REBBIEGĦA
XI PRATTIĊI TAJBA TAL- ORTIKOLTURA ORGANIKA FIR-REBBIEGĦA
Fir-rebbiegħa, it-tiera tal-ħamrija fir-raba’ bagħli tibda tinxef u
bosta mil-ħxejjex tal-borma jaslu biex jinħasdu. Ħafna frott irqiq tal-għadma jibda’ jħaxxen waqt li s-siġar tal- frott ieħor bħaI tal-laring, ċitru u żebbuġ ifarfru miż-ża- har u jiffurmaw il-frott. Bħa- la sekwenża ta’ maturita tal- frott, issib fuq quddiem net in-naspla u warajha l-ħawħ bikri segwit minn frott ieħor tal-pruna. Fir-raba’ saqwi, jibda’ ħafna mix-xogħol li jwassal il-maturita tal-frott sas-sajf. Interessanti l-punt li waqt li fir-rebbiegħa jkun hemm ħafna xoghol li jrid issir biex tkun kontrollata l-moffa, fis-sajf aktar ikun hemm xogħol biex ikun kkontrollat l-insett li jagħmel
ħafna ħsara f’ pajjiżna. Il-ġardinar għandu jieħu
miżuri biex jipproteġi u jħares is-siġar u l-ħxejjex minn għedewwa u mard tal-moffa fl-istaġun tar-reb- biegħa, li joħolqu problemi lil ġardinar Malti. Billi tibda’ s-sħana u l-umdita tkun kult- ant għolja, dawn il-fatturi ambjentali jifavorixxu l-għix- ien ta’ ħlejjaq li fosthom issib dbieben tal-frott bħal Cera- titis capitata, afidi ta’ kuluri differenti, nemus abjad, ħan- fus, friefet u moffof -grizi, bo- jod, suwed u kannella. Duwa botanika tista’ tintuża li hija msemmiha f’Kapitlu 2.
Il-patata li se tkun espor- tata jew se tkun ikkonsma- ta ssofri mill-moffa tal-ġla- ta. F’temp normali, il-ġlata tfaqqas u titferrex fi żmien
għoxrin jum minn meta it-temperatura tkun anqas minn 16 il-grad Celcius u l-umdita tkun aktar għol- ja minn 65%. F’dan il-kaz, il-ġardinar għandu jsegwi r-rapport tat-temp u jieħu l-azzjoni billi japplika bexxa ta’ kubrit li jinħall fl-ilma. Personalment, naqbel li din il-fungiċida għandu jintuża flok il-kupru għaliex dan ta’ l-aħħar jibqa’ preżenti bit- traċċi xi 40 jum fil-frott (wait- ing period) meta l-kubrit jit- farrak fi żmien għaxar itjiem. L-operatur tal-bexx għandu jilbes ħwejjeġ protettivi u għandu wkoll jgħatti rasu u wiċċu kollu. Patata għall-es- portazzjoni trid isegwi l-linji gwida tat-tkabbir tal- Globalgap Certificate. Aktar informazzjoni fuq
il-prodzz-
joni tal-patata ara Kapitlu 28. Is-siġar tal-frott irqieq li jarmu, nistgħu nbexxuhom bil-Permanganat kif ukoll wieħed jista’ jbajjad iz-zokk bil-ġir, waqt li fid-dwieli nbexxuhom bil-kubrit xott jew bil-kupru mħallat bil-ġir magħruf ukoll bħala it-taħl- ita tal-Bordolina (prattika franċiża) kontra l-moffof kif ukoll idejjaq liż-Żebbelli- na li tgerrem il-weraq tari tad-dwieli. Il-ġir għandu effett pozittiv fuq il-misk- ta, li ħafna drabi jikber fuq is-siġar tat-tin. Billi l-ġir jżid l-alkalina tal-ħamrija, jagħmel tajjeb jekk jingħata l-ħadid lil weraq permezz ta’ bexxa bil-pompa fuq il-wer- aq, liema ħadid idejjaq ukoll l-insetti għedewwa tas-siġar. L-ingliza jew il-qarsu joffri alternativa ta’ nutrijenti lis- siġar. Fil-qasam tal-ħxejjex tal-kċina, min se jħawwel it-tadam, għandu jħaww- el il-ħabaq, bżar tal-filfell u t-tulliera bejn ix-xitel tad-tadam sabiex igerrex u jaqbad it-Tuta absoluta li qed tagħmel ħafna ħsara lil frot- ta. Jekk il-ġardinar iħawwel ħwawwar bejn il-filliera ta’ ħxejjex oħra bħal brunġiel, bżar, ħass, żunnerija w oħrajn, ir-riħa tal-ħwawwar idejjaq il-white fly u l-afidi. Dawn ta’ l-aħħar iġorru l-vi- rus minn fuq il-patata għal fuq is-siġar tal-ħawħ u ma hemm l-ebda kura kontra
l-virus tal-ħawħ.
Min se jħawwel jew jiżra’
l-bħajra, għandu jipprova jżomm ġewwa qasrija kbi- ra is-siġra tar-riġlu – Castor Oil plant biex jekk tkun im- ħawwla fl-art, din tiġri għax hija invażiva. Jidher li ż-żejt tar-riġlu jżomm il-powdery mildew – mell dqiqi tal-bħa- jra il-bogħod. Kont rajt u seg- wejt l-introduzzjoni tar-riġlu f’serrer olandizi li kabbru l-bħajra, b’mod partikolari lħjar.
Dawk li jdejjaqhom il-
white fly – nemus abjad u jridu jeħilsu minnu bl-użu ta’ taħlita ta’ żejt u sapun likwidu, għandu jkun pru- denti jekk għandu xi siġar f’xi bitħa bil-madum għal- iex kemm iż-żejt u s-sapun jiżloq. L-aħjar riċetta tkun għal kull 15 il-litru ilma li jkollu fih ħames basliet għal ġimgħa sħiħa sabiex iħallu s-sugu tagħhom li jitbexx fuq is-siġar u l-pjanti nfettati bin-nemus. Għal kull 15 litru ilma, żewġ maref żejt u tlieta sapun jitħalltu fl-ilma bis-su- gu tal-basal u t-taħlita titbexx kull ħmistax fuq il-weraq. Dan jifforma ligga fuq il- wiċċ tal-weraq li ma jħallix in-nemus li jmur u jtaqqab il-ligga biex jerda’ is-suggu mill-weraq, liema azzjoni ddgħajjef is-siġra! Għandu wieħed jibda’ jbexx minn meta jibda’ jidher l-ewwel nemus abjad jew briegħed aħdar, iswed u isfar. Ukoll is-sugu tal-pal tal-bajtar tax- xewk jista’ jintuża. Imsemmi- ha l-proċedura f’ Kapitlu 2.
Fil-qasam tas-siġar tal- frott bħal ħawħ u l-larinġ insibu d-dubbiena tal-frott li tista’ f’sena sħuna tagħmel 10 ġenerazzjonijiet, waqt li jsir ħsara li ssarraf f’telf kbir. Ukoll hemm id-dub- biena taż-żebbuġ li tixbaħ lid-dubbiena tal-frott, imma mhix daqsha tant aggressiva. Fiż-żewġ kazi, wieħed jista’ jdendel flixkun tal-plastik fuq is-siġra, liema flixkun ikun imtaqqab b’toqob li jgħaddu minnhom id-dubbi- en tal-frott irqiq, imma wkoll fl-istess flixkun tal-plas- tik jitpoġġa biċċa laħam midħun bil-liquidizer jew xi juice tal-frott li jservi bħala eska għad-dubbiena u meta tidħol id-dubbiena ġewwa l-flixkun għax ixomm l-eska, din taqa’ fil-likwidu u ma
toħroġx minn hemm. Dejj- em treġġi il-loġika li skont it-tip tal-frotta, tintuża l-es- ka biex tiġbed id-dubbiena. Jekk hija larinġa, tuża juice tal-laring anke bovril mal-il- ma, u jekk hija żebbuġa tuża ħuta mgħaffġa bil-liquid- izer. Ma tinvolvix spejjez din is-sistema, imma tajjeb li jitpoġġew xi flixken jid- dendlu fuq il-parti tal-lvant tas-siġar, għaliex ix-xemx titla’ l-ewwel fuq dik il-par- ti u d-dubbien meta jqum wara l-lejl itiru fuq il-parti xemxija tas-siegħat bikrija tal-għodwa u jfittxu l-frott fix- xemx. Jekk tara’ li għalkemm tkun għamilt il-flixken biex taqbad kemm tiflaħ dbieben, xorta jkollok min sgiċċa u ma nqabadx, allura uża BT kurstaki (Bacillus thurigien- sis) mħallat biż-żokkor jew nuħħala li jittiekel mill-lar- va tad-dubbiena li jgħaqqad l-imsaren tax-xahat (larva) u jmutu. Metodu ieħor li jik- kumplimenta dawn il-metodi tajbin, u li ma jagħmlux ħsara lis-siġar taż-żebbug u tal- frott huma it-tiġieġ tal-bajd li jieklu id-durajs li jfaqqas fl-ewwel jum fil-ħamrija. Bil- li d-durajs iddum jum jimxi fuq wiċċ tal-ħamrija meta jfaqqas, it-tiġieġ jarawh u jagħmlu xalata fuqu. L-aħjar tiġieġa tkun dik ta’ Malta ta’ lewn iswed (black maltese) li hija ħafna żvelta u għand- ha rifless tant ħafif li tqaxxar
il-wiċċ tal-ħamrija minn kull tfaqqis tad-dubbien. B’hekk il-ġardinar jirnexxilu jkabbar frott li ma jkunx imtaqqab u mħassar li jġib valur miz- jud fis-suq! Flok it-tiġieġ jis- ta’ jrabbi xi papri li jwettqu l-istess rwol tat-tiġieġa li jieklu wkoll anke il-bebbux li joħroġ bil-lejl.
Il-prevenzjoni ta’ ħsara mill-għedewwa insetti u mill-moffa
Bħala għedewwa li jagħm- lu ħsara lil pjanti, insibu di- versi għamliet ta’ organizmi ħajjien li jvarjaw minn bat- teri li ma tarahomx bl-għa- jn kif ukoll annimali kbar bħal ġrieden. Imma l-akbar ammont ta’ għedewwa fuq il-frott, il-weraq, iz-zkuk u l-għeruq tal-pjanti huma in- setti jew ħlejjaq li kull bidwi jrid jiddentifika biex jieħu miżuri ħalli ma jħallix issir ħsara lill-pjanti. L-istess ap- proċjo jrid issir fuq il-moffa li tattakka l-pjanti b’diversi modi u f’diversi għamliet, speċjalment meta l-bidwi jk- abbar il-pjanti barra l-istaġun tagħhom. L-għaqal tal-bid- wi jitlob li jgħarraf il-pjanti mediċinali, ħwawar li għand- hom valur kemm fil-gas- tronomija kif ukoll bħala kenn naturali għall-insetti benefiċjali. Ilkoll flimkien dawn l-organiżmi u l-ħlejjaq joħolqu l-ekosistemi li jkat-
tru l-bijodiversita.
B’mod sempliċi imma
pragmatiku, se nfisser fil- qosor l-importanza ta’ dawn il-ħlejjaq fl-ekosistema, u kif bi prodotti naturali, l-bid- wi jħares l-uċuħ tar-raba’ bi prudenza u b’għarfien intel- letwali. Il-ħarsien tal-pjan- ti u tal-insetti, w annimali benefiċjali għandhom ikunu protetti u ma jagħmel’x sens li nħarrsu xi erba’ siti Natu- ra 2000 l-hemm u l-hawn u ma nħarsux il-kwadru sħiħ tar-rejalta fejn il-kampan- ja u l-art agrikola għandha tingħata l-attenzjoni daqs kull sit Natura 2000.
Ħafna mill-insetti għed- dewwa huma maqsumin f’di- versi ordera. Il-bidwi jrid jif- hem x’tip ta’ għadu għandu fl- għalqa u x’tip ta’ rwol għan- du dan l-insett. Il-bidwi jrid ikun jaf liema huma insetti benefiċjali w oħrajn li jagħm- lu l-ħsara. L-aktar insetti li jagħmlu ħsara f’pajjizna u liema joħolqu ħsara kum- merċjali w għalhekk iridu l-attenzjoni u l-għarfien, sabiex il-bidwi jieħu kull prevenzjoni qabel ma ssir il- ħsara fuq il-ħxejjex u l-frott! Dawn l-insetti li jagħmlu ħsara huma taħt ordera dif- ferenti kif murija hawn taħt:
Lepidoptera hija l-or- dera li tiġbor fiha il-farfett u l-baħrija. Ħafna drabi l- friefet jidhru jtiru fil-jum waqt li xi baħrija toħroġ ittir
bil-lejl. Ħafna drabi l-istadju adult tal-farfett u tal-baħri- ja ma jgermux imma meta jfaqqsu mill-bajd u jkunu larva, dawn jgermu u jieklu l-ħin kollu sakemm ifosqu. Isiru qishom xama –pupa, fejn minn ġewwa jkunu jit- bidlu biex isiru adulti. Fl-ist- adju tal-larva, dawn jagħmlu l-ħsara u huwa dan l-istad- ju kritiku li jrid l-attenzjo- ni tal-bidwi. Wieħed mill- miżuri li l-bidwi jista’ jieħu huwa l-użu tal- Bacillus thuri- giensis var.kurstaki ( BT) li jaħdem fuq l-imsaren tal-lar- va, jekk dan il-BT jitħallat bi ftit zokkor u jitpoġġa fuq il-weraq ħdejn il-larva fl-ew- wel jiem mat-tfaqqis mill-ba- jd, u jmorru jieklu l-eska li jkollha l-BT.var kurstaki li jaħdem b’mod effiċjenti fl-imsaren tal-larva (xahat) meta jittiekel. Metodu ieħor li jrazzan il-popolazzjoni tal-larva huwa insettiċidu botaniku li huwa magħmul minn pjanti bħal l-ekstratt tal-lellux magħruf bħal Pyre- thrum, li jagħmel ħsara anke lin-naħla w għalhekk irid jintuża bil-prudenza u meta ma jkunx hemm il-ward li jiġbed in-nahal. L-uzu qabel jidlam jiffranka xi ħsara li jis- ta’ jseħħ fuq in-naħla. Hemm ukoll insettiċida botanika magħmul mis-siġra tan- NEEM li huwa ħafna effettiv mhux biss kontra ix-xahat tal-farfett u tal-baħrija imma
wkoll kontra ħafna insetti oħra ta’ orderi oħrajn bħal tal-ħanfus, dubbien, brimb u anke kontra ċertu moffa. In-Neem għandu valur kbir imma wkoll jiswa’ relativa- ment ħafna flus anke biex ikun reġistrat kull sena li joħloq problema ekonomi- ka għall-bidwi. Fil-fatt kull pestiċida irid ikun reġis- trat fil-pajjizi tal-UE, liema reġistrazzjon hija għolja u b’hekk ħafna drabi il-prezz tal-pestiċida jqum ferm ak- tar minn prezzijiet ta’ pajji- zi oħra għaliex l-ammont ta’ bdiewa f’pajjizna huwa żgħir li jużawh. Ix-xahat tal-farfett abjad li jfaqqsu fuq il-kromb, u, la jfaqqsu mill-bajd isfar, jistghu ikunu kkontrollati minn xi mezz imsemmi hawn fuq. Is-susa tal-patata li hija baħrija li tattakka bil-lejl, tbid u t-tfaqqis jagħmel ħsara ġewwa l-frotta tal-patata. In- sibu wkoll insetti oħrajn li jattakkaw il-familja tal-pata- ta bħal brunġiel, tadam, bżar w oħrajn fejn is-susa huwa għadu kommuni għal famil- ja tas-solanum, speċjalment fil-jiem sajfin. Baħrija oħra li tagħmel ħsara fuq il-frott tal-għadma u li l-adult itir bil-lejl bħal dik li nsibuha bħala ras il-mewt kif ukoll li jieklu il-frott tal-ħawħ jew għajn baqar, jistgħu jkunu kkontrollati b’xi mezz organ- iku imsemmi f’ dan il-para- grafu.