Rimedji Naturali

Phone : 9942 5029
Emal: info@moam.org.mt
Web: www.moam.mt

Fl-Gheluq l-ghoxrin sena mit-twaqqif tal-Organizzazzjoni mhux governattiva – maghrufa bhala l-MOAM b’kollaborazzjoni mad-dipartiment tal-edukazzjoni qeghdin johorgu fuljett fuq l-agroekologija fejn jitferrex gherf u tgharif fuq il-produzzjoni ta‘ duwa minn pjanti slavag. Din l-infromazzjoni qieghda tinghata lilkhom bhala ghodda alternattiva biex jitharsu l-pjanti minn ghedewwa insetti u mard iehor relatat mal-mofof.

X’ghandek bzonn?

Mizien
Passaturi
Recipjenti
Skieken
Sors ta nar (cooker)
Likwidizer

Tahlita Primarja

Infuz shun
Infuz kiesah
Dekott
Macerat
Tintura
Estratt zejtni

Qabel Tibda

Ghalkhemm dawn huma naturali, dan ma jfissirx li huma siguri u m’ghandhom effetti tossici
Ghandhom jigu applikati kmieni filghodu jew ma’ inzul ix-xemx
Tuzax recipjenti u apparat iehor li jintuza fil-kcina
Ilbes ingwanti u tghamir iehor ta’ protezzjoni
Zomm il-boghod minn tfal u annimali. Zommhm imsakkrin!
Ghamel tikketta biex turi l-kontenut tal-flixkun

Infuz shun /kiesah

Materjal tal-pjanti: Frisk jew xi kultant niexef
Solvent: Ghalli l-Ilma u ferraw fuq il-materjal
Halli l-Infuzjoni ssir bejn 5-10 minuti
Halli l-infuzjoni jibred
Uza mill-ewwel
Hallih joqghod sa’ tlett ijiem (massimu)

Dekott

Materjal tal-pjanti: Frisk jew xi kultant niexef
Solvent – Ghalli l-ilma u itfa’ il-materjal gol-ilma jghali
Halli l-materjal jitghalla ghal madwar 15-il minuta
Halli d-dekott tibred
Uza mill-ewwel
Jekk thalliha toqghod ghal aktar hin, tigi qisa infuz

Macerat

L-istesss imma nuzaw ilma shun jew kiesah bhala solvent.

Tintura

Materjal tal-pjanti: Frisk jew xi kultant niexef
Solvent: Poggi l-materjal fl-alkohol
Halli l-materjal joqghod ghal aktar minn hamest ijiem
Normalment immorru ghat-tahlita sekondarja

Estratt Zejtni

Materjal tal-pjanti: Frisk jew xi kultant niexef
Solvent: Poggi l-materjal go zejt fiss sabiex nestrattaw iz-zejt volatili
Zjut fissi: tal-girasol, Zebbuga, riegnu, kanola u ohrajn
Halli l-materjal joqghod ghal aktar minn hamest ijiem
Normalment immorru ghat-tahlita sekondarja (ma nistawx napplikaw iz-zejt dirett fuq il-pjanti u hxejjex).

Sors Estrattart Parti tal-pjanta Tul ta’ Estrazzjoni Dilwzjoni b’dilwent Applikat fuq Kontra Kummenti
Taħlita Ilma (litru) Paste 10 ijiem 10 litri ilma Xitel u pjanti Insettiċida Taħlita ta’ gramma ġinġer, żewġ grammi tewm, gramma bżar ahdar, u 5 litri awrina tal-baqar kontra t-thrips, leaf roller, briegħed, bugs, susa, xaħat bis-suf u afidi
Bżar tal-Filfel/Tewm Ilma (100ml) Frott (100g) 24 siegħa 700 ml ilma Xitel u pjanti Insettiċida Uża partijiet indaqs, żomm il-kontenatur issiġillat
Ħurrieq Ilma (7 litri) Weraq (kilo) Ġimgħa Xitel u pjanti Fungiċida Jagħmel riħa mhix pjaċevoli
Riġnu Ilma (litru) Żerrigħa, weraq, fjuri, frott (300g) Ġurnata Xitel u pjanti Insettiċida, nematoċida Tista taffetwa n-naħal.
Attenzjoni għax velenuża
Basal Żejt (nofs litru) Basal (200g) Ġurnata 3.5 litri ilma Weraq Insettiċida
Ċitru Ilma (litru) Qxur tal frott (100g) Ġurnata Xitel u pjanti Insettiċida Għalli għal ħmistax-il minuta; Attenzjoni għax jista’ jaffetwa n-naħal
Tulliera twaħħal Ilma (litru) Weraq, fjuri (100g) Ġurnata Xitel u pjanti Pestiċida Għalli għal hmistax-il minuta; Attenzjoni għax jista’ jaffetwa n-naħal
Bajtar tax-xewk Ilma (5 litri) Pala (waħda) Ġurnata Weraq Fungiċida, insettiċida
Bużbież Alkoħol (nofs litru) Weraq (100g) Ħamest ijiem 4.5 litri ilma Weraq tal-frott (eż frawli) Insettiċida
Fejġel Alkoħol (nofs litru) Weraq (100g) Ħamest ijiem 6.5 litri ilma Weraq tal-frott Insettiċida
Ewkaliptus Żejt (nofs litru) Weraq u fjuri (100g) Ħamest ijiem 3.5 litri ilma Weraq Fungiċida, insettiċida Żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew
Nagħnieħ Żejt (50ml) Weraq (10g) Ħamest ijiem 350ml ilma Weraq Fungiċida, insettiċida Żomm il-kontenattur issiġilat; żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew. Effetiv kontra il-mell dqiqi
Plejju Żejt (50ml) Weraq (10g) Ħamest ijiem 350ml ilma Weraq Insettiċida Żomm il-kontenattur issiġilat; jista jitkabbar fil-qsari sabiex igerrex diversi insetti, żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew
Ħabaq Alkoħol (nofs litru) Weraq (100g) Ħamest ijiem 4.5 litri ilma sħun Weraq tal-frott, eż Frawli Insettiċida
Ħabaq Żejt (50ml) Weraq (10g) Ħamest ijiem 350ml ilma Weraq Insettiċidia, fungiċida Żomm il-kontenitur is siġillat; Żid fiit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew
Tabak tas-Swar Ilma (50ml) Weraq, fjuri Ħamest ijiem 350 ml ilma Weraq Fungiċida, insettiċida Żomm il-kontenitur issiġillat, żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew
Basal Ilma (nofs litru) Basla (100g) Jumejn 4.2 litri ilma Weraq Insettiċida, fungiċida Żomm il-kontenitur issiġillat
Tewm Ilma (nofs litru) Snien (100g) Jumejn 4.2 litri ilma Weraq Insettiċida, fungiċida Żomm il-kontenitur issiġillat
Kaboċċi / Kale Ilma (nofs litru) Weraq (100g) Jumejn 4.2 litri ilma Weraq Insettiċida, fungiċida Żomm il-kontenitur issiġillat
Ħabaq Ilma (seba’ litri) Weraq (kilo) Jumejn 7 litri ilma Xitel u pjanti Insettiċida
Papaya Ilma (litru) Weraq, żerriegħa u frott (kilo) Jumejn Frott u ħxejjex Insettiċida, virus tal-mosajk Żomm il-kontenitur issiġillat; żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew
Tadam Ilma (400ml) Weraq (100g) Matul il-lejl Xitel u pjanti Insettiċida Uża l-weraq xiħ (minn naħa t’isfel); Attenzjoni għax jista’ jaffetwa n-naħal. Effettiv kontra it-thrips.
Ġinġer Żejt (nofs litru) Għeruq (100g) Matul il-lejl 3.5 litri ilma Weraq u z-zokk tal-pjanta Żomm il-kontenitur issiġillat; żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew
Tumerik Ilma (litru) Għeruq (15g) Matul il-leji Xitel u pjanti Insettiċida, fungiċida Tista iżżid 1.5g ta’ baking soda mat-taħlita
Bżar tal-Filfel Ilma (200ml) Frott (50g) Ta’ dak il-ħin Xitel u pjanti Insettiċida Għalli għal ħmistax-il minuta; żid għoxrin qattra sapun likwidu. Effettiv kontra il-miskta.
Lellux Ilma (litru) Fjuri (100g) Ta’ dak il-ħin Xitel u pjanti Insettiċida, nematodiċida Għalli għal ħmistax-il minuta;
Ġirasol Żejt (15ml) Ta’ dak il-ħin 4.5 litri ilma Xitel u pjanti Insettiċida Żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew. Effettiv kontra il-miskta.
Għeneb Ħall (15ml) Ta’ dak il-ħin Litru ilma Xitel u pjanti Insettiċida (afidi, nemus abjad) Żomm il-kontenitur issiġillat;
Tumerik Irmied (kilo) Għeruq (nofs kilo) Ta’ dak il-ħin Xitel u pjanti Insettiċida, fungiċida Xerred fuq il-pjanti, darba f’ġimgħa
Sabbara Ilma (ħames litri) Weraq (kilo) Tlett ijiem Weraq Insettiċida, fungiċida
Sufferja Ilma (ħames litri) Fjuri (kilo) Tlett ijiem Weraq Insettiċida
Tfief Ilma (litru) Weraq (kilo) Tlett ijiem 7 litri ilma Weraq tas-siġar tal-frott Insettiċida