IL-BIJODINAMIKA TAL-ĦAMRIJA
IL-BIJODINAMIKA TAL-ĦAMRIJA
Qabel ma bdew jiġu importati l-fertiliz- zanti ġewwa pajjiz-
na, kienu ħafna bdiewa li kienu jimxu mal-kalendarju tal-qamar u jdemmlu l-ħam- rija fejn in-nutrijenti im- portanti kienu jagħtu dawk l-elementi maġġuri bħal Nitroġenu, Fusfat u Putas- sa (NPK) w elementi minuri bħal Magnesium, Manga- nese, Zinc, Cobalt, Iron, Bo- ron, Molybdenum, Alumini- um, Selenium, Calcium, Cop- per, Sodium u Chlorine. L-el- ementi kollha huma meħtieġa mill-pjanti. Ma hemmx lok li jintużaw xi wħud u jitħallew barra mil-użu oħrajn, għal- iex ma jkollniex in-newba diversifikata li hija meħtieġa li tolqot mill-aktar bżonn il-ħtieġijiet kollha tal-pjanti.
In-newba hija l-qofol tal- għalf tal-pjanti. Mingħajr newba, l-ħamrija ssir sterili u tiġi materja bla ħajja. In-new- ba tagħti u tipprovdi permezz tal-mikro-organizmi dik is- saħħa lill-għeruq tal-pjanti biex jassimmillaw l-elemen- ti li jkunu maħlula fl-ilma u billi dawn l-elementi huma partiċelli kimiċi, l-istess mikro-organizmi li huma speċi ta’ aġenti bijoloġiċi jittrasfurmaw il-partiċelli kimiċi f’ għamla iżgħar li jit- tieħdu miċ-ċelloli tal-pjanti.
Tant ikunu żgħar il-partiċelli lijgħaddumill-ħajttaċ-ċello- li u fil-likwidu taċ-ċelloli jinġarru fejn ikun meħtieġ fil-pjanta biex ikabbru l-iżvi- lupp tal-għeruq, taz-zokk, tal- friegħi, tal-weraq u tal-frott. Dan il-proċess huwa l-me- tabolizmu tal-pjanti. Min- għajr l-elementi, ma jikbrux il-pjanti. Il-bidwi jgħallef l-għalqa tiegħu bid-demel u ħafna drabi jagħti lura lil ħamrija kwart fil-piz tal-frott li jkun ħa mill-art. Ezempju – jekk il-bidwi jieħu 4 tunnel- lati ta’ patata, jagħti xi tun- nellata demel lura lill-ħam- rija jew inkella flok demel naturali, hawn min jagħti xi 17 il-kilo ta’ Nitroġeni, 10 kilo Fusfat u 10 kilo Putassa b’ xi traċċi tal-elementi żgħar f’tomna raba’.
Għalkemm id-demel artifiċjali jintuża ta’ spiss u hemm suq -marketing tajjeb tiegħu, ma jfissirx li huwa l-aqwa mezz ta’ għalf lill-pjanti. Ħafna drabi ferti- lizzant irħis li jkollu il-Fusfat jista’ jkollu traċċi ta’ metalli tossiċi li jittieħed mill-pjan- ti biex jispiċċa fid-dieta tal- bniedem. Hemm evidenza xjentifika li dan fih metalli tqal bħal Cadmium, Nickel, Mercury u oħrajn fejn Cad- mium huwa ħafna ħazin għalina bħala konsumaturi
ta’ ikel li huwa mniġġez bih! Tajjeblil-bidwijużametodi oħrajn flok l-użu ta’ Fusfat irħis bħala fertilizzant dirett (single).
Fil-biedja organika, l-użu ta’ Fusfat bil-Cadmium huwa projbit. Jekk il-fusfat ikun fih aktar minn 90mg Cd / kg P – 90 milligramma Cadmi- um f’kilo Fusfat, dan jista’ jkun ta’ periklu għal saħħit- na. Barra l-Cadmium, hemm ukoll il-Merkurju li huwa wkoll ferm ħazin għas-saħħa tal-bniedem! Inkitbu xi karti ġewwa l-Isvezja minn riċer- ka li kien għamel Smolters, fejn dan tefa’ dawl fuq traċċi ta’ Cadmium li jittieħdu minn uċuħ tas-Solanum, Graminea u s-Sunflower fejn dawn l-uċuħ bħal patata, qamħ w’oħrajn ma jeħilsux mill-Cadmium la darba jas- sorbuh mill-Fusfat sintetiku irħis li jkollu Cadmium għo- li. Il-konsegwenża tkun li dan l-ikel jittiekel mill-bniedem bl-effetti fuq l-Ostioroposis u l-ġebla fil-kliewi. Fl-ogħla In- stituti Ewropej ġewwa Stras- bourg u Brussels intlaħqu kompromessi bejn il-mem- bri stati biex jiġbdu linja fuq il-livel tal-Cadmium fil-ferti- lizzant minħabba s-sigurta u s-saħħa tal-bniedem.
Wieħed jista’ juża’ meto- di oħrajn bħalma kien
jintu-
za’ fi żmien il-qedem. Ħafna bdiewa fil-Mediterran tgħall- mu ħafna minn bdiewa li ġew mill-Asja. Fil-fatt, ħiliet fir-raba’ kienu ivvintati fil- Lvant imbiegħed u l-Arab ġabu r-rivoluzzjoni agrikola meta invadew Malta. Ħiliet fit-tilqim, żabra, żriegħ, ħart u tkabbir b’metodi naturali fejn użaw ir-rabta bejn l-ann- imali u l-pjanti. Il-koezisten- za bejn l-annimali u l-pjan- ti kienet osservata sewwa fl-imgħoddi u sfruttat b’mod għaqli mill-bdiewa fl-Asja, fejn illum nużaw l-isfruttar tan-newba b’mod naturali fl-ekosistema tal-ħamrija u nsibuha bħala IL-BIODINA- MIKA TAL-ĦAMRIJA.
Il-ħamrija titkattar fil-fer- tilita b’mod bijodinamiku, fejn l-aġenti bijoloġiċi u mikroskopiċi jsaħħu it-tessu- ra tas-saffi tal-ħamrija. Is-saff ta’ fuq l-aktar li jinħadem fejn ħafna drabi l-għeruq tal-ħx- ejjex tal-kċina ssibu n-nutri- jenti li għandhom bżonn biex jiżviluppaw. Taħt is-saff ta’ fuq, hemm is-saff passiv li ma tant’x jinħadem imma hemm xi pjanti bħal qmuħ u xgħir li jxattru l-għeruq tagħhom f’ dan is-saff u jfittxu n-nutri- jenti biex ikattru. Taħt is-saff attiv u s-saff passiv, insibu f’Malta il-blata li hija l-omm li tiproduċi l-ħamrija, liema produzzjoni tieħu l-eluf ta’ snin. Għalhekk huwa impor- tanti li l-ħamrija tkun kon- servata, protetta fejn għand- na nibżgħu għaliha!
Xi darba fil-pre-istorja ta’ pajjizna, kien hawn an- nimali diversi inkluz merħ- liet ta’ baqar li meta kienu jmutu, il-qrun tagħhom kien jintradam daqs 30 cms taħt il-ħamrija. Fil-qrun jitpoġġa id-demel naturali tal-baqar li kienu jaħilbu, fejn il-qrun kien jaġixxi bħala inkubatur naturali għall-mikroorgan- iżmi li kienu jsaħħu in-new- ba tal-ħamrija, li tirreżisti l- mard tal-organiżmi li jagħm- lu l-ħsara waqt li l-pjanti kienu jikbru aktar resiljenti kontra fatturi abjotiċi bħal riħ, xmux, nuqqas ta’ ilma w oħrajn li kien jiddependi fuq
l-ambjent naturali.
Issa bħalma fl-antik,
il-bidwi rnexxillu jlaqqam siġar tal-frott bħal ħawh li l- isem botaniku tiegħu huwa Prunus persica – fejn it-tieni kelma botaniku Persica hija indikazzjoni li dan il-frott tal-ħawh inġieb mill-PER- SIA, illum nsibuh bħala l-IRAN. Ukoll każ ieħor li l-bidwi malti rnexxa bil-kbir fil-manniġġ tal-berquq – li nġib mill-ARMENIA, fil- fatt l-isem botaniku huwa Prunus armeniaca. Barra il-ħiliet fir-raba’, ir-raħħal li huwa bidwi li jkabbar l-an- nimali rnexxa wkoll bil-kbir fil-manniġġ tal-annimali fejn tgħallem jagħmel il-ġobon billi juża it-tomos u x-xorox li huma ingredjenti naturali li wieħed jista’ juża mill-iston- ku ta’ xi ħaruf biex permess tat-tomos jgħaqqad il-ħalib biex jifforma l-ġbejna.
Ħafna użanzi natura- li li spiċċaw u bi sfortuna il-konsumatur tal-ikel mar għall-għażla ta’ prodotti ar- tifiċjali li huma irħas, imma mhux dejjem huma l-aħjar! Argument suġġettiv, imma nridu nagħmlu l-almu tagħna kollu biex ingawdu kwalita ta’ ħajja aħjar. Għalhekk jekk nistgħu nagħżlu in-natural, li forsi jidher naqra aktar għo- li fil-prezz imma fuq medda twila dan jiswa’ ferm anqas għaliex ħajjitna hemm fin- nofs!
Fil-biedja organika, jew min irid jibda’ jgawdi ħam- rija b’saħħitha fejn jitwarrab l-użu tal-fertilizzanti u flok- hom juża id-demel naturali tal-annimali u biex dan ta’ l-aħħar jaħdem aħjar, jista’ jkun mgħejjun bl-aġenti bi- joloġiċi mkattrin b’mod nat- urali magħruf aħjar “BD 500 Soil Biodynamics“. Il-BD 500 hija metodu ta’ kif il-bid- wi joħloq b’mod sempliċi in-newba li juża’ fir-raba’ tiegħu jew tagħha .
Dan il-metodu jinvolvi qarn ta’ baqra li tkun inqa- tlet u l-qarn tagħha jkollu fin-naħa t’isfel qiegħ b’saħħ- tu bil-Kalċjum u ċ-ċrieki tal-ħlib. Qarn ta’ barri mhux
tajjeb għal dan il-proċess. Il- qiegħ tal-qarn tal-baqra ikun aktar solidu w iebes. Il-qa- rn jintela’ b’demel ta’ baqra li tkun taħleb u li hija tkun mgħallfa b’furrajna, silla jew felu frisk fejn id-demel ikun kark u b’saħħtu bil-fibra. Imbagħad dan il-qarn mim- li b’demel tajjeb ta’ baqra taħleb jintradam għal erba’ xhur matul ix-xitwa taħt is- saff attiv u mogħti b’xi weraq biex jibqa’ frisk. Id-dettalji tal-ipproċċessar tan-newba magħruf bħala BD 500 Prepa- razzjoni tal-ħamrija bijodina- mika huma:
1. Il-baqar jinqatlu fil-biċċerija. Allura jrid jin- talab permess mill-Awtori- ta sabiex jinxtara’ l-qarn. Normali, ikun hemm bżonn għall-tomna raba’, tlett pari ta’ qrun tal-baqar. Fid-dinja kollha hemm domanda kbi- ra għall-qarn billi hemm użu differenti għalihom, u qed ikun aktar diffiċli biex issib- hom u jekk mhux b’xi prezz mielaħ.
2. La darba takwista tlett pari għall-tomna raba’, fittex demel li jkun frisk u li xi jumejn qabel ir-raħħal ta mgħallef lil baqra li tkun fil-perjodu tal-produzzjoni
tal-ħalib, imma wkoll li kien sinjur fil-fibra sabiex id-de- mel ikollu aktar kalċjum.
3. Għandek timla’ il-qarn bid-demel frisk u tordmu taħt is-saff attiv xi 30 ċentimetru. Għal tomna ħam- rija, għandek bżonn sitta, jekk għandek ettaru għandek bżonn 60 qarn. Meta tordom il-qarn, għandek tpoġġi it- tarf tal-qarn fejn jispiċċa bil-ponta n-naħa ta’ fuq biex fil-kaz ta’ xi dulluvju xita ma jinfaqax bl-ilma. B’ hekk te- vita li tifqa’ l-qarn bl-ilma.
4. Fuq il-wiċċ tal-ħam- rija, poġġi xi mulching bħal weraq ta’ palm inkella xi tiben, sabiex il-qarn taħt il-ħamrija jinzamm frisk u ma jinxifx matul l-erba’ xhur mirdum fil-ħamrija.
5. Wara li jgħaddi ż- żmien, jinġabar u jinqala’ il-qarn minn taħt il-ħamri- ja u jinħareġ il-kompost li jkun fih l-enerġija li jakwista matul l-erba’ xhur tal-inkuba- zzjoni fil-qarn, fejn l-energija miġjuba mill-mikroorgan- izmi jgħaddu mill-qoxra tal-qarn u jakkummulaw fih. Mikroorganizmi pożitivi li huma essenżjali għal ħamri- ja b’ saħħitha, li jirribatu l- mard.
6. L-applikazzjoni ta’ dawn il-mikrooganizmi pozitivi jrid issir bil-gal- bu. Il-kompost jinħall fl-il- ma u jkun mferrex b’mutur tal-bexx. Il-bexx jrid issir fil-għaxija meta jkun hemm ukoll l-inżul tal-qamar u l-aħjar doża hija li tħallat 25 gramma tal- kompost li jkun fih il-mikroorganizmi pożi- tivi ma 13 il-litru ilma biex tilħaq wiċċ ta’ wejba raba’.
7. Meta l-kompost tal-qarn jinħall fl-ilma – 25 gramma ma 13 il-litru ilma, jista’ jitpoġġa aħjar fi flixken li jkollhom il-ħġieġ skur. Id-dawl ikisser u jeqred il-mikroorganizmi pożiti- vi. Għalhekk meta t-taħlita tidħawwad għal xi 20 minu- ta fil-barmil, l-effervenza tal-ilma tieħu l-osiġnu u ti- multiplika għal bosta drabi il-mikroorganiżmi pożitivi. Wara li tiddawwar it-tahlita kif iddur l-arloġġ u bil-kon- tra, din it-taħlita tintbexx fil-għaxijiet.
8. Il-karatteris- tiċi tal-ħamrija imsaħħa bil-mikroorganiżmi pożitivi jwasslu għall: formazzjoni ta’ ħamrija b’ħumus b’saħħtu, jiżdied ir-rhizobatteri fil-le- gumi u jkun hemm żjieda
ta’ batteri li jdewwbu l-fus- fat, jiżdied il-mycorrhiza u l-ħjut tagħha, titjieb tat-tub- ba tal-ħamrija, l-attivita tal-ħniex titjieb, il-ħamrija għandha bżonn bejn 25% sa 50% ilma INQAS fit-tis- qija għax in-newba ssaħħaħ it-tiera fil-ħamrija, żvilupp b’saħħtu tal-għeruq tal-pjanti u kull tip ta’ ħamrija titjieb
bit-taħlita tal-BD 500 Bijodi- namiku tal-ħamrija.
Il-bijodinamika tal-ħam- rija ssaħħaħ it-tiera u n-new- ba fejn ikun faċilitat it-teħid tan-nutrijenti mill-għeruq, li b’aktar faċilita jkabb- ru l-għeruq u jniżżlu aktar l-isfel fis-saffi tal-ħamrija u b’hekk ikun hemm aktar lok għall-veġetazzjoni resiljenti.