Rimedji Naturali
Phone : 9942 5029
Emal: info@moam.org.mt
Web: www.moam.mt
Fl-Gheluq l-ghoxrin sena mit-twaqqif tal-Organizzazzjoni mhux governattiva – maghrufa bhala l-MOAM b’kollaborazzjoni mad-dipartiment tal-edukazzjoni qeghdin johorgu fuljett fuq l-agroekologija fejn jitferrex gherf u tgharif fuq il-produzzjoni ta‘ duwa minn pjanti slavag. Din l-infromazzjoni qieghda tinghata lilkhom bhala ghodda alternattiva biex jitharsu l-pjanti minn ghedewwa insetti u mard iehor relatat mal-mofof.
X’ghandek bzonn?
Mizien
Passaturi
Recipjenti
Skieken
Sors ta nar (cooker)
Likwidizer
Tahlita Primarja
Infuz shun
Infuz kiesah
Dekott
Macerat
Tintura
Estratt zejtni
Qabel Tibda
Ghalkhemm dawn huma naturali, dan ma jfissirx li huma siguri u m’ghandhom effetti tossici
Ghandhom jigu applikati kmieni filghodu jew ma’ inzul ix-xemx
Tuzax recipjenti u apparat iehor li jintuza fil-kcina
Ilbes ingwanti u tghamir iehor ta’ protezzjoni
Zomm il-boghod minn tfal u annimali. Zommhm imsakkrin!
Ghamel tikketta biex turi l-kontenut tal-flixkun
Infuz shun /kiesah
Materjal tal-pjanti: Frisk jew xi kultant niexef
Solvent: Ghalli l-Ilma u ferraw fuq il-materjal
Halli l-Infuzjoni ssir bejn 5-10 minuti
Halli l-infuzjoni jibred
Uza mill-ewwel
Hallih joqghod sa’ tlett ijiem (massimu)
Dekott
Materjal tal-pjanti: Frisk jew xi kultant niexef
Solvent – Ghalli l-ilma u itfa’ il-materjal gol-ilma jghali
Halli l-materjal jitghalla ghal madwar 15-il minuta
Halli d-dekott tibred
Uza mill-ewwel
Jekk thalliha toqghod ghal aktar hin, tigi qisa infuz
Macerat
L-istesss imma nuzaw ilma shun jew kiesah bhala solvent.
Tintura
Materjal tal-pjanti: Frisk jew xi kultant niexef
Solvent: Poggi l-materjal fl-alkohol
Halli l-materjal joqghod ghal aktar minn hamest ijiem
Normalment immorru ghat-tahlita sekondarja
Estratt Zejtni
Materjal tal-pjanti: Frisk jew xi kultant niexef
Solvent: Poggi l-materjal go zejt fiss sabiex nestrattaw iz-zejt volatili
Zjut fissi: tal-girasol, Zebbuga, riegnu, kanola u ohrajn
Halli l-materjal joqghod ghal aktar minn hamest ijiem
Normalment immorru ghat-tahlita sekondarja (ma nistawx napplikaw iz-zejt dirett fuq il-pjanti u hxejjex).
Sors | Estrattart | Parti tal-pjanta | Tul ta’ Estrazzjoni | Dilwzjoni b’dilwent | Applikat fuq | Kontra | Kummenti |
---|---|---|---|---|---|---|---|
Taħlita | Ilma (litru) | Paste | 10 ijiem | 10 litri ilma | Xitel u pjanti | Insettiċida | Taħlita ta’ gramma ġinġer, żewġ grammi tewm, gramma bżar ahdar, u 5 litri awrina tal-baqar kontra t-thrips, leaf roller, briegħed, bugs, susa, xaħat bis-suf u afidi |
Bżar tal-Filfel/Tewm | Ilma (100ml) | Frott (100g) | 24 siegħa | 700 ml ilma | Xitel u pjanti | Insettiċida | Uża partijiet indaqs, żomm il-kontenatur issiġillat |
Ħurrieq | Ilma (7 litri) | Weraq (kilo) | Ġimgħa | – | Xitel u pjanti | Fungiċida | Jagħmel riħa mhix pjaċevoli |
Riġnu | Ilma (litru) | Żerrigħa, weraq, fjuri, frott (300g) | Ġurnata | – | Xitel u pjanti | Insettiċida, nematoċida | Tista taffetwa n-naħal. Attenzjoni għax velenuża |
Basal | Żejt (nofs litru) | Basal (200g) | Ġurnata | 3.5 litri ilma | Weraq | Insettiċida | – |
Ċitru | Ilma (litru) | Qxur tal frott (100g) | Ġurnata | – | Xitel u pjanti | Insettiċida | Għalli għal ħmistax-il minuta; Attenzjoni għax jista’ jaffetwa n-naħal |
Tulliera twaħħal | Ilma (litru) | Weraq, fjuri (100g) | Ġurnata | – | Xitel u pjanti | Pestiċida | Għalli għal hmistax-il minuta; Attenzjoni għax jista’ jaffetwa n-naħal |
Bajtar tax-xewk | Ilma (5 litri) | Pala (waħda) | Ġurnata | – | Weraq | Fungiċida, insettiċida | – |
Bużbież | Alkoħol (nofs litru) | Weraq (100g) | Ħamest ijiem | 4.5 litri ilma | Weraq tal-frott (eż frawli) | Insettiċida | – |
Fejġel | Alkoħol (nofs litru) | Weraq (100g) | Ħamest ijiem | 6.5 litri ilma | Weraq tal-frott | Insettiċida | – |
Ewkaliptus | Żejt (nofs litru) | Weraq u fjuri (100g) | Ħamest ijiem | 3.5 litri ilma | Weraq | Fungiċida, insettiċida | Żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew |
Nagħnieħ | Żejt (50ml) | Weraq (10g) | Ħamest ijiem | 350ml ilma | Weraq | Fungiċida, insettiċida | Żomm il-kontenattur issiġilat; żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew. Effetiv kontra il-mell dqiqi |
Plejju | Żejt (50ml) | Weraq (10g) | Ħamest ijiem | 350ml ilma | Weraq | Insettiċida | Żomm il-kontenattur issiġilat; jista jitkabbar fil-qsari sabiex igerrex diversi insetti, żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew |
Ħabaq | Alkoħol (nofs litru) | Weraq (100g) | Ħamest ijiem | 4.5 litri ilma sħun | Weraq tal-frott, eż Frawli | Insettiċida | – |
Ħabaq | Żejt (50ml) | Weraq (10g) | Ħamest ijiem | 350ml ilma | Weraq | Insettiċidia, fungiċida | Żomm il-kontenitur is siġillat; Żid fiit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew |
Tabak tas-Swar | Ilma (50ml) | Weraq, fjuri | Ħamest ijiem | 350 ml ilma | Weraq | Fungiċida, insettiċida | Żomm il-kontenitur issiġillat, żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew |
Basal | Ilma (nofs litru) | Basla (100g) | Jumejn | 4.2 litri ilma | Weraq | Insettiċida, fungiċida | Żomm il-kontenitur issiġillat |
Tewm | Ilma (nofs litru) | Snien (100g) | Jumejn | 4.2 litri ilma | Weraq | Insettiċida, fungiċida | Żomm il-kontenitur issiġillat |
Kaboċċi / Kale | Ilma (nofs litru) | Weraq (100g) | Jumejn | 4.2 litri ilma | Weraq | Insettiċida, fungiċida | Żomm il-kontenitur issiġillat |
Ħabaq | Ilma (seba’ litri) | Weraq (kilo) | Jumejn | 7 litri ilma | Xitel u pjanti | Insettiċida | – |
Papaya | Ilma (litru) | Weraq, żerriegħa u frott (kilo) | Jumejn | – | Frott u ħxejjex | Insettiċida, virus tal-mosajk | Żomm il-kontenitur issiġillat; żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew |
Tadam | Ilma (400ml) | Weraq (100g) | Matul il-lejl | – | Xitel u pjanti | Insettiċida | Uża l-weraq xiħ (minn naħa t’isfel); Attenzjoni għax jista’ jaffetwa n-naħal. Effettiv kontra it-thrips. |
Ġinġer | Żejt (nofs litru) | Għeruq (100g) | Matul il-lejl | 3.5 litri ilma | Weraq u z-zokk tal-pjanta | – | Żomm il-kontenitur issiġillat; żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew |
Tumerik | Ilma (litru) | Għeruq (15g) | Matul il-leji | – | Xitel u pjanti | Insettiċida, fungiċida | Tista iżżid 1.5g ta’ baking soda mat-taħlita |
Bżar tal-Filfel | Ilma (200ml) | Frott (50g) | Ta’ dak il-ħin | – | Xitel u pjanti | Insettiċida | Għalli għal ħmistax-il minuta; żid għoxrin qattra sapun likwidu. Effettiv kontra il-miskta. |
Lellux | Ilma (litru) | Fjuri (100g) | Ta’ dak il-ħin | – | Xitel u pjanti | Insettiċida, nematodiċida | Għalli għal ħmistax-il minuta; |
Ġirasol | – | Żejt (15ml) | Ta’ dak il-ħin | 4.5 litri ilma | Xitel u pjanti | Insettiċida | Żid ftit qtar tas-sapun mat-taħlita u ħawwad sew. Effettiv kontra il-miskta. |
Għeneb | – | Ħall (15ml) | Ta’ dak il-ħin | Litru ilma | Xitel u pjanti | Insettiċida (afidi, nemus abjad) | Żomm il-kontenitur issiġillat; |
Tumerik | Irmied (kilo) | Għeruq (nofs kilo) | Ta’ dak il-ħin | – | Xitel u pjanti | Insettiċida, fungiċida | Xerred fuq il-pjanti, darba f’ġimgħa |
Sabbara | Ilma (ħames litri) | Weraq (kilo) | Tlett ijiem | – | Weraq | Insettiċida, fungiċida | – |
Sufferja | Ilma (ħames litri) | Fjuri (kilo) | Tlett ijiem | – | Weraq | Insettiċida | – |
Tfief | Ilma (litru) | Weraq (kilo) | Tlett ijiem | 7 litri ilma | Weraq tas-siġar tal-frott | Insettiċida | – |